Etienne Grech minflok Silvio Parnis

Id-deputat Laburista Etienne Grech inħatar bħala iċ-Ċerpersin il-ġdid tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet qal li s-Segretarju Parlamentari tal-istess Segretarjat, Silvio Parnis, kien jokkupa din il-kariga qabel ma nħatar Grech.
Is-Segretarjat spjega li l-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet.
Riċentament it-tabib tal-familja Etienne Grech kien involut f’kontroversja wara li qal li f’Malta “għandna wisq libertà tal-espressjoni”.
Huwa qal dan waqt id-dibattitu parlamentari dwar il-liġi l-ġdida tal-midja u l-malafama.
Ritratt: Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet