Etienne fuq xiex irid ikellimhom?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Saviour, Frank u John imorru għand Etienne wara stedina tiegħu. Fuq xiex ried ikellimhom? X’se jgħidu dwar il-kumpanija tagħhom u kif se jibqgħu?

Karl imur lura d-dar wara l-ġirja. X’se tgħidlu Valentina xħin tarah u Kristianne għaliex ċemplitlu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm, b’repetizzjoni fl-istess ġranet fl-10.15am. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.