Estiżi l-iskemi għall-enerġija alternattiva u restawr tal-bjar

Se jiġu estiżi l-iskemi ta’ għoti ta’ fondi għal sistemi fotovoltaiċi, solar water heaters, roof insulation u double glazing, kif ukoll dawk tar-restawr tal-bjar.

Fi stqarrija, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) ħabbret li s-sistemi fotovoltaiċi fis-settur domestiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, qed tiġi estiża sal-31 ta’ Marzu 2014.

L-iskemi tas-solar water heaters fis-settur domestiku, roof insulation u double glazing, u tar-restawr ta’ bjar domestiċi  taħt fondi Nazzjonali, se jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jidħol fuq il-websajt www.mra.org.mt.

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.