Estiżi l-ħinijiet tal-pompi tal-petrol

Il-Kamra tal-SMEs ħabbret li l-pompi tal-petrol madwar Malta u Għawdex reġgħu qed jestendu l-ħinijiet wara li kienu ġew imnaqqsa minħabba l-pandemija.

Fi stqarrija, il-Kamra qalet li fil-kumitat tagħha tal-pompi tal-petrol intlaħaq qbil li minn nhar it-Tnejn li ġej il-pompi jerġa’ jkollhom attendant f’dawn il-ħinijiet:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6am sal-5pm u
  • s-Sibt mis-6am sas-2pm.

Fil-ħinijiet l-oħra, inkluż Ħdud u Festi Pubbliċi, il-pompi se jibqgħu jaħdmu bis-sistema ta’ self-service biex b’hekk is-servizz ikun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn