Estiża l-konsultazzjoni dwar ir-riforma parlamentari għal iżjed ugwaljanza

Il-Gvern ħabbar li laqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni għal iktar żmien ta’ konsultazzjoni għar-riforma parlamentari tal-ugwaljanza.

Awdjo: Mill-inqas 40% tal-MPs fl-elezzjoni li jmiss se jkunu nisa – Julia Farrugia Portelli

Dan ħabbru fi stqarrija, fejn qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni qed jiġi estiż bi 18-il jum. Dan jikkonċerna aktar ugwaljanza fil-Parlament Malti, għaliex tħabbar li għandu jkun hemm kwota li 40% tal-Membri Parlamentari fl-elezzjoni tal-2022 ikunu nisa.

“Żvolta storika għall-ugwaljanza bejn is-sessi” – NCPE

Sottomissjonijiet u suġġerimenti issa se jkunu qed jintlaqgħu sa nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju. Tista’ tara d-dokument ta’ konsultazzjoni hawn.