Estiża l-iskema tax-xiri ta’ vetturi tal-elettriku

Il-Gvern ħabbar li se jestendi l-iskema ta’ skont fuq ix-xiri ta’ vetturi tal-elettriku bl-għan li jippromwovi l-użu ta’ dawn it-tip ta’ vetturi.
Fi stqarrija konġunta mal-Ministeru għat-Trasport, Transport Malta (TM) qalet li din l-iskema se testendi b’€150,000.
Dan qed isir biex jibqgħu jitnaqqsu l-emmissjonijiet iġġenerati mit-traffiku u titijieb il-kwalità tal-arja.
Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena b'kollox kienu rreġistrati 28 vettura ġdida tal-elettriku fit-toroq Maltin.
TM qalet li l-iskema hi miftuħa għal dawk li għandhom karozza privata, NGOs, jew sidien ta’ impjiegi kif ukoll Kunsilli Lokali.
Tista’ tara l-kundizzjonijiet tal-iskema minn hawnhekk.