Estiża l-iskema ta’ rifużjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi

Ġiet estiża sal-4 ta’ April l-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-karozzi li nxtraw bejn Mejju 2004 sa Diċembru 2008.
Sa issa kien hemm 28,000 applikazzjoni.
L-applikazzjoni qiegħda fuq il-websajt ta’ Transport Malta jew tinġabar mill-uffiċini ta’ Transport Malta f’Sa Maison, il-Furjana mill-Ministeri u mill-Kunsilli Lokali kollha.