Estiża l-iskema biex wieħed jixtri karozza li tħammeġ inqas

L-iskema biex wieħed jixtri karozza li tħammeġ inqas u jiskreppja dik li għandu ġiet estiża.
Dan ħabbritu Transport Malta (TM), hekk kif qalet fi stqarrija li l-Gvern alloka €400,000 sabiex min għadu ma bbenefikax mill-iskema jkollu ċans ieħor.
TM irrimarkat li qed tilqa’ aktar applikazzjonijiet għal din l-iskema, liema applikazzjonijiet se jkunu pproċessati b’min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Bejn Jannar u April ta’ dis-sena, diġà bbenefikaw is-sidien ta’ 515 vettura li kienu intitolati bejn €700 u €900 meta xtraw vettura u ggaraxxjaw oħra li tħammeġ aktar.
L-iskema tinċentiva wkoll ix-xiri ta’ vetturi elettriċi, jew oħrajn bis-sistema ibrida.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Vehicle Licensing Unit ta’ TM, inkella mis-sit hawnhekk.