Estiż għat-tieni darba t-terminu tal-Eżekuttiv tal-PN

Partit Nazzjonalista

It-terminu tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ġie estiż għat-tieni darba biex dawk l-uffiċjali eletti jibqgħu jservu sal-aħħar ta’ Ġunju flok sal-aħħar ta’ Marzu.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li d-data ta’ skadenza l-ġdida tapplika għall-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll tal-eżekuttivi tal-Fergħat u tal-Kumitati Sezzjonali.

Ingħad li l-votazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ezekuttiv saret bi proċedura elettronika għall-ewwel darba minħabba ċ-ċirkostanzi bl-imxija tal-coronavirus. Il-PN qal li dan sar biex jiġi assigurat li kull sezzjoni tal-Partit “tibqa’ topera b’mod sħiħ, effikaċi u mingħajr ebda waqfien anke matul dawn iż-żminijiet”.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn