EspRimi… Is-sbuħija tal-arti ta’ madwarna

EspRimi hi assoċjazzjoni ġdida bl-għan li tippromwovi kull forma ta' arti, fosthom il-viżwal, il-letteratura, iż-żfin, il-mużika u x-xjenza.
It-tnedija ta' din l-assoċjazzjoni saret nhar il-Ġimgħa, l-1 ta' Settembru, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fil-Mosta.
Din it-tnedija kienet indirizzata minn diversi kelliema, fosthom il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici.
Il-Ministru feraħ lil din l-Assoċjazzjoni u awguralha ħidma fejjieda.
Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni se jinħatar uffiċjalment fix-xhur li ġejjin.