Espressjoni ta’ interess għal residenza ġdida għal persuni b’diżabilità f’Għawdex

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ppubblika uffiċjalment espressjoni ta’ interess għall-postijiet f’Għawdex biex jakkomodaw persuni b’diżabilità.
Din il-pubblikazzjoni qed issir wara li s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern se jkun qed jagħmel l-ewwel residenza għall-persuni b’diżabilità f’Għawdex, liema proġett ġie approvat mill-Kabinett wara li kien tlaqqa’ f’Għawdex stess.
Stqarrija tal-Gvern issostni li din kienet waħda minn sensiela ta’ inizjattivi ġodda fil-qasam residenzjali u independent living għall-persuni b’diżabilità fil-komunità mħabbra mis-Segretarju Parlamentari Caruana.