Esplora l-Governanza Tajba permezz tal-arti

Erba’ laqgħat taħt l-isem ta’ ‘On Good Governance’ li qed jinkoraġġixxu lil dawk kollha li jattendu sabiex jesploraw it-temi ta’ Governanza Tajba u l-ġid komuni permezz ta’ affresski ta’ Ambrogio Lorenzetti li jinsabu fil-Palazzo Pubblico fi Siena.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati miċ-Ċentru tal-Ispiritwalità Injazjana u Pietre Vive li huwa grupp ta’ żgħażagħ li jgħaddi l-fidi permezz tal-arti. Il-laqgħat se jsiru fil-11, 18 u l-25 ta’ Ottubru bejn is-7.30pm u d-9pm u fis-27 ta’ Ottrubru bejn id-9am u n-12.30pm fil-kappella tal-Università fl-Imsida. Huma se jkunu mmexxijja minn Sandro Rossi u t-tim ta’ Pietre Vive.

Is-sessjonijiet li huma bla ħlas u miftuħa għall-pubbliku mingħajr bżonn ta’ reġistrazzjoni se jkollhom bħala kelliema prinċipali lil Edward Warrington, Jean-Paul de Lucca, Nadia Delicata u Giulia Privitelli.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni ara l-paġna ta’ Facebook minn hawn, inkella ibgħat email fuq pietrevive.malta@gmail.com u sndrossivlt@gmail.com.