Esperti inkwetati fuq virus misterjuż

Numru ta’ persuni fiċ-Ċina ġew milquta minn virus misterjuż. Kien hemm xejn anqas minn 45 każ li l-kampjun minnhom ġew meħuda l-laboratorji biex jiġu nvestgati iżda esperti mir-Renju Unit qed jgħidu li l-każijiet ileħqu 1,700.

Żewġ persuni mietu f’Diċembru kawza ta’ dan il-virus li nfirex fil-belt ta’ Wuhan City.

“Ninsab iktar inkwetat minn ġimgħa ilu,” espert dwar it-tixrid tal-mard infettiv Prof Neil Ferguson qal.

Ix-xogħol qed isir miċ-ċentru Global Infectious Disease Analysis tal-Imperial College f’Londra, li jagħti pariri lil Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa.