Espert barrani jiddokumenta l-armi f’Malta

L-Assoċjazzjoni tal-kolletturi tal-armi u t-tiraturi Maltin, organizzaw numru ta’ attivitajiet f’għeluq it-33 sena anniversarju tagħhom.

L-assoċjazzjoni stiednet lil McCollum li hu espert f’dan il-qasam, sabiex jiġi Malta u jiffilmja dokument dwar l-armi rari li għandha l-assoċjazzjoni. Dan il-vidjow se jkun fuq is-sit elettroniku li jieħu ħsieb McCollum stess fil-jiem li ġejjin.

Is-segretarju tal-International Practical Schooting Confederation, is-Sur Sasja Barentsen żar Malta sabiex jiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari Dr Clifton Grima sabiex jiddiskutu l-kompetizzjonijiet li ġejjin u li se jittelgħu fir-Ranges Nazzjonali tal-isparar f’Ta’ Kandja.