Esperjenza unika ta’ xiri waqt il-Valletta Shopping Festival

Ingħata bidu għall-Valletta Shopping Festival li se jibqa’ għaddej sas-Sibt li ġej u li għandu l-għan li jippromwovi l-Belt Valletta bħala destinazzjoni għax-xiri.
Din hija t-tieni edizzjoni tal-Festival li se jinkludi promozzjonijiet fil-ħwienet kif ukoll attivitajiet varji ta’ mużika u animazzjoni madwar it-toroq tal-Belt.
Din is-sena qed jiġu organizzati ukoll kunċerti kuljum b’ismijiet magħrufa bħal Firelight, Red Electrick, Gianni u Claudia Faniello.
Bejn il-Ħamis u s-Sibt, il-ħwienet se jibqgħu miftuħa sad-9 ta’ filgħaxija u l-mużew tal-BOV fi Pjazza San Ġwann, se jkun miftuh bejn id-9am u u s-12.45pm u bejn l-4pm u s-7pm.
Il-programm huwa inkluż ukoll fil-website uffiċjali tal-Festival jinsab fuq is-sit elettroniku: www.vallettashoppingfestival.com.

Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt