Esperjenza tal-ġenn għal dawk bejn it-13 u s-16-il sena!

Għandek bejn it-13 u s-16-il sena u tixtieq ittemm is-sajf tiegħek bl-aħjar mod? Applika għal ‘Boot Camp 2018’ u ltaqa’ ma’ iktar minn 100 adolexxent bħalek li jridu jieħdu gost u fl-istess ħin isiru jafu nies ġodda!

“Boot Camp: Set Sail!” huwa live-in ta’ erbat ijiem, organizzat minn ACTS Teens, parti mill-Youth Fellowship u se jkun hemm attivitajiet u logħob, workshops, diskussjonijiet dwar il-fidi, ħin ta’ talb, mużika, baħar u ikel tajjeb.

ACTS Teens huwa miftuħ għal dawk kollha li għandhom bejn 13 u 16-il sena u qed ifittxu xi tfisser li temmen f’Alla u jagħmlu sens mill-fidi f’ħajjithom kif ukoll jipparteċipaw f’diversi attivitajiet u avvenimenti matul is-sena. Il-laqgħat ta’ ACTS Teens isiru kull ġimgħa f’Gattard House bħala follow-up għal ACTS, outreaches dwar il-fidi Kattolika fl-iskejjel sekondarji għall-istudenti tar-Raba’ sena.

‘Boot Camp 2018: Set Sail!’ se jsir bejn nhar il-Ħamis 13 ta’ Settembru fis-2pm u nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru fin-12.30pm fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl (Sant’Agata), ir-Rabat.

L-applikazzjonijiet se jkunu aċċettati sal-10 ta’ Settembru. Għal aktar dettalji ibgħat messaġġ lil ACTS Malta fuq Facebook u ara l-avveniment fuq Facebook.