Esperjenza oħra għal Neville Ciantar fil-kampjonat Ultra4Europe

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=LsJEcVIr88U]

F'nofs dan ix-xahar, is-sewwieq tal-offroading Neville Ciantar se jkun qed jerġa' jieħu sehem fil-kampjonat Ultra4Europe, din id-darba fit-tellieqa King of Wales.
It-tellieqa se tkun mifruxa fuq tlett ijiem bejn l-14 u s-16 ta' dan ix-xahar fil-Walters Arena fi Glynneath f'Wales.
Fuq distanza ta' madwar 288 kilometru, Ciantar se jkun qed jipparteċipa f'diversi tipi ta' art, minn foresta, għoljiet, għadajjar ta' tajn u blat għoli.
Il-King of Wales hija t-tieni tappa mill-kampjonat Ultra4Europe, u Neville Ciantar diġà għandu esperjenza simili meta fil-kampjonat tas-sena l-oħra, it-tim tiegħu kien spiċċa fir-raba' post fil-klassifika globali.