“Esperjenza li għallmitni ħafna” – il-Maltija Christine Tong

Tgħaddi kummenti esklussiv lil newsbook.com.mt

Read in English.

Fuq Netflix f’dawn il-ġranet beda jidher il-film animat Klaus, li jitratta l-ġbiberija li tinbet bejn pustier, Jesper, u wieħed li jkun jagħmel il-ġugarelli, Klaus. DIn il-ħbiberija twassal biex jiġi ndirizzat diżgwid li jkun hemm fil-villaġġ ta’ Smeerensburg.

Iżda jidher li hemm xi ħaġa li tista’ tostakolha l-paċi li tkun qed tirrenja.

Il-film jinkludi l-vuċijiet ta’ Jason Schwartzman, J.K. Simmons, Rashida Jones u Joan Cusack u għandu direzzjoni ta’ Sergio Pablos u Carlos Martinez Lopez.

Ritratt: Facebook/Christine Tong

Li forsi ħafna ma jafux huwa li minn wara ‘l kwinti ta’ dan il-film hemm is-sehem tal-Maltija Christine Tong, li l-ewwel bdiet taħdem fuq il-film fuq Shot Preperation u wara ġiet promossa għal Junior Compositor.

F’kumment esklussiv li tat lil newsbook.com.mt Christine ikkummentat li, “Naħdem fuq Klaus kienet esperjenza li tgħallimt ħafna minnha. Iltqajt u għamilt ħbieb ma’ ħafna artisti, li wħud minnhom ilni nammira x-xogħol tagħhom għal bosta snin. Għalkemm is-siegħat kienu twal, u kien hemm ukoll mumenti diffiċli, ir-relazzjonijiet li bnejt man-nies t’hemmhekk jirriflettu is-sentimenti vera wara l-film – tjieba, rieda tajba u doża qawwija tal-ferħ tal-Milied!”

Il-film bħalissa għandu rating ta’ 8.3 fuq is-sit tal-films imdb.com