
Kien bħal-lum sitt snin ilu li l-kantanta Amber Bondin rebħet il-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Warrior, li biha rrappreżentat lil Malta fis-60 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li kien sar fi Vjenna fl-Awstrija.
Il-kanzunetta kellha lirika ta’ Matt “Muxu” Mercieca u kompożizzjoni ta’ Elton Zarb.
Fil-festival ta’ Malta, Amber kienet kisbet il-punti massimi kemm mill-ġurija kif ukoll mill-pubbliku.
“Qas nista nemmen li għaddew 6 snin diġa. Bħal llum 6 snin irbaħt il-Malta Eurovision,” bdiet tikkummenta dalgħodu l-kantanta.
Amber kantat fil-ħames pożizzjoni tat-tieni semifinali li kienet saret fil-21 ta’ Mejju tal-2013. Sfortunatament il-kanzunetta ma kkwalifikatx għall-finali.
Madanakollu għal Amber din l-esperjenza kienet waħda pożittiva.
“Esperjenza li biddlitli ħajti kompletamnet. Minn dak iż-żmien kbirt, immaturajt, inbdilt u sirt naprezza iktar il-mużika li wara kollox tagħmilni jien li jien. Niftakar meta tħabbar li kont irbaħt jiena saqajja ma bdejtx inħosshom u literallment kellhom iqajmuni minn bilqegħda. Kienet esperjenza tal-ġenn. Ma kinitx faċli anqas. Kont it-tielet sena l-università, żmien vera kruċjali f’ħajti. Iddeċidejt li nkompli minkejja li ħafna qaluli biex nieqaf. Iżda rnexxieli wkoll u llum ma jiddispjaċinix li qbajt għaddejja anki jekk dak iż-żmien kienet tidher ġennata,” kompliet tgħid hi.
Amber kif tħares lejn din l-esperjenza?
“Illum inħares lura fuq l-esperjenza tal-Eurovision u nitbissem għaliex il-memorji kienu sbieħ, iżda l-esperjenza u t-taghlim li ksibt kienu ikbar,” temmet tgħid hi.