Esperjenza ħelwa għall-plejers tan-Nursery ta’ Gżira FC

Il-plejers ta’ Maroons nursery kellhom l-opportunità jilagħbu mall-plejers tat-tim tal-premier ta’ Gżira FC. Bħalissa t-tim qiegħed jaqsam postu fit-tieni post tal-klassifika ma’ Valletta.

Din l-attività kienet parti mill-Maroons Christmas Fest li ġiet organizzata minn Gżira United FC. Tul il-ġurnata t-tfal kellhom iċ-ċans jagħtu xi penalties u jilagħbu logħba żgħira mall-plejers il-kbar ta’ Gżira.

Waqt l-attivita ġewwa l-grawnd tal-iskola tal-Gżira, il-president tal-klabb Sharlon Pace ħabbar li n-Nursery assigurat sponsorship mingħand MIDI Plc. Fl-aħħara tal-ġurnata, Mark Porteli s-CEO ta’ MIDI Plc għadda lin-nursery plejers vouchers għat-tracksuit tal-klabb.