Esperjenza fl-Isvizzera għal Calleja

Ir-referee internazzjonali tal-volleyball Nello Calleja ntgħażel mill-European Volleyball Confederation (CEV) sabiex ikun wieħed mill-uffiċjali f’logħba tal-Women’s Challenge Cup li ser tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla ġewwa Neuchatel fl-Isvizzera.

Din il-logħba mit-tieni rawnd tal-kompetizzjoni ser tinvolvi lit-tim Svizzeru Vitéos Neuchatel Université kontra l-iskwadra Spanjola IBSA CCO 7 Palmas. Fl-ewwel leg, li ttellgħa ġewwa Las Palmas de Gran Canaria, it-tim Svizzeru ħareġ rebbieħ.

Il-Ġermaniż Markus Zyber u Calleja ser ikunu l-ewwel u t-tieni uffiċjal tal-logħba rispettivament. Ir-rebbieħ ta’ dan il-konfront ser jgħaddi għar-rawnd li jmiss fejn mistenni jiltaqa’ mat-tim Ukren Orbita Zaporizhzhya.