Eskortati wara li rrifjutaw li jilbsu l-maskra

Żewġ persuni abbord titjira tal-Ryanair li wasslet Malta minn Stansted f’Londra spiċċaw eskortati mill-pulizija Maltija wara li rrifjutaw li jilbsu l-maskri.

Kelliem għall-Pulizija qal lil newsbook.com.mt li l-pulzija tal-arjuport ġew msejjħa fuq arjuplan tar-Ryanair wara li koppja ta’ nazzjonalità Ingliża irrifjuta li tilbes l-maskra u meta ġew avviċinatati kemm mill-ħaddiema tal-ekwipaġġ kif ukoll mill-kaptan biex jilbsuha, dawn irrifjutaw.

Ryanair flight RYR8853 currently inbound from London-Stansted has requested police assistance upon landing due to two unruly passengers onboard.

Posted by MaltaRadar.com on Friday, September 25, 2020

B’konsegwenza t’hekk huma sfaw eskorati minn fuq it-titjira u mwiddba mill-forzi tal-ordni wara li l-kaptan stqarr li ma xtaqx jibda proċeduri kontrihom fil-qorti.

L-ilbies ta’ maskra fuq ajruplan hija obligazzjoni li daħħlet fis-seħħ mil-linji tal-ajru minħabba l-imxija COVID-19 appena reġgħu nfetħu l-ajruport madwar id-dinja. Għalhekk mhux eskluż li jittieħdu proċeduri kontrihom mill-Awtorità tas-Saħħa.