ESKLUSSIVA: Rosy Bindi titlob li tiltaqa’ mal-Arċisqof privatament

Iċ-Ċerpersin tal-Kummissjoni Taljana Kontra l-Mafja Rosy Bindi talbet li tiltaqa' mal-Arċisqof Charles Scicluna privatament. 
Il-laqgħa saret wara l-Quddiesa li saret għal ruħ il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, f'għeluq il-ġimgħa mill-qtil tagħha. 
L-Arċisqof u Bindi ltaqgħu fis-sagristija tal-Kappella fil-Bidnija, fejn skont sorsi infurmati ġiet diskussa s-sitwazzjoni kurrenti tal-pajjiż. 
Minkejja li ma nafux id-dettalji ta' dak li ntqal, hu magħruf li meta Bindi ħarġet mil-laqgħa u kellmet lill-ġurnalisti, fost l-oħrajn qalet li l-Arċisqof talabha biex il-Kummissjoni ma tħallix lil Malta waħedha f'din is-siegħa diffiċli.
Il-Kummissjoni Taljana ta' Kontra l-Mafja tinsab Malta fi żjara li kienet ilha ppjanata.
Bejn l-1996 u s-sena 2000, Bindi kienet Ministru għas-Saħħa, u Ministru għall-Familja bejn l-2006 u l-2008.
Ritratt: Ian Noel Pace