Esklussiva: Kważi 79% tal-MPs Laburisti jappoġġjaw lil Fearne

Read in English.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li kważi 79% tal-Membri Parlamentari Laburisti qed jappoġġjaw il-kontestazzjoni ta’ Chris Fearne għal Mexxej Laburista.

Dan ifisser 26 minn 37 Membru Parlamentari, kemm dawk fil-kabinett u oħrajn li mhumiex, iddikjaraw pubblikament jew privatament l-appoġġ lid-Deputat Prim Ministru. Dawn iċ-ċifri jindikaw li żewġ terzi tal-MPs Laburisti jridu lil Fearne. L-ismijiet ta’ dawk li qed jappoġġjawh issa huma:




Dawk li ma ddikjarawx l-appoġġ tagħhom:

Kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kummissarju Ewropew Helena Dalli tħallew barra mil-lista, għalkemm teknikament xorta għad għandhom vot. Dan ifissser li 18 minn 22 membru tal-kabinett (minbarra Muscat u Fearne) huma favur Fearne. Dan ifisser li jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-kabinett ta’ ministri u segretarji parlamentari biss, is-sapport għal Fearne jitla’ għal 78%.

Intant, kmieni wara nofsinhar, id-Deputat Laburista Robert Abela esprima l-interess li se jikkontesta għal kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.