Assassinju Daphne: Antonio di Pietro intervistat esklussivament fuq RTK

Il-Ħadd li għadda Antonio Di Pietro l-prosekutur magħruf għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni indirizza demostrazzjoni ta’ protesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huwa talab biex issir ġustizzja.
L-għada t-Tnejn il-Prim Ministru jħabbar l-arrest ta’ għaxar persuni li tlieta minnhom tressqu l-Qorti akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Saret il-ġustizzja li talbu eluf ta’ Maltin u li talab Di Pietro?
Is-Sibt 9 ta’ Diċembru live fuq RTK u Newsbook, Antonio di Pietro jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg u Manwel Delia waqt il-programm Newsline li jixxandar bejn l-10.05 u nofsinnhar. L-intervista ma’ Di Pietro tixxandar wara l-aħbarijiet tal-11.00a.m.
Jitkelmu dwar l-istess suġġett l-Avukat Roberto Montalto, li kien l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia; l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u l-ġurnalista Mario Schiavone.
Tul il-programm niddiskutu l-mozzjoni tas-Soċjalisti Ewropej biex Malta titqies bħala tax haven. Mistieden Paul Bonello operatur ewlieni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jispjega l-ħsara li ssir lil Malta jekk tgħaddi din il-mozzjoni.
L-immigrazzjoni hija suġġett ieħor li se jiġi diskuss bis-sehem tas-Sindku tal-Marsa Francis Debono u s-Sindku ta’ B’Bugia Joseph Cutajar. Jieħu sehem ukoll Ċensu Galea, MP tal-PN li għamel it-teżi tal-MA dwar l-immigrazzjoni f’San Pawl il-Baħar.

Newsline – RTK u Newsbook is-Sibt bejn l-10.00a.m. u nofsinhar.