L-Amerikani joqtlu l-aktar kmandant militari Iranjan importanti

FILE PHOTO: Combination photo of Iranian Revolutionary Guard Commander Qassem Soleimani (L) and Abu Mahdi al-Muhandis, a commander in the Popular Mobilization Forces. REUTERS/Stringer/Thaier al-Sudani

Is-sena l-ġdida bdiet bil-kbir fil-Lvant Nofsani b’eskalazzjoni tat-tensjoni bla preċedenti. Dan hekk kif l-Istati Uniti kkonfermat li kienet wara l-qtil fl-Iraq tal-General Qassem Soleimani, il-kmandant tat-taqsima militari Iranjana magħrufa bħala ‘Quds’ u li kien jitqies bħala t-tieni persuna l-aktar b’saħħitha fl-Iran.

Il-forza Quds hi dik it-taqsima tal-militar Iranjan li fost l-oħrajn tieħu ħsieb il-ħidma militari Iranjana barra l-pajjiż, fosthom fis-Sirja. Ma’ Soleimani f’Baghdad inqatlu wkoll żewġ uffiċċjali għolja oħra Iranjani li wkoll jġorru ħafna piż fit-tmexxija militari Iranjana.

Il-Pentagon ikkonferma li kien hu li wettaq l-attakk kontra Soleimani fl-ajruport ta’ Baghdad fuq ordni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Qtil li mistenni jkollu persekuzzjoni serji fir-reġjun.

Dan kollu seħħ hekk kif fi żvilupp ieħor, il-Parlament Tork approva li jintbagħtu truppi Torok fil-Libja biex jgħinu l-forzi tal-Gvern ta’ għaqda nazzjonali Libjan ibbażat fi Tripli. Forzi li bħalissa huma impenjati kontra offensiva qalila mill-forzi taħt il-kmandant ta’ Khalifa Haftar kontra l-kapitali Libjana. Forzi li jgawdu mill-appoġġ fost l-oħrajn tal-Eġittu, l-Emirati Għarab Magħquda u Franza. 

Trump u l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte kienu fost l-ewwel li esprimew l-oġġezzjoni tagħhom għad-deċiżjoni Torka.