
Il-Kabinett Ġappuniż approva deċiżjoni li permezz tagħha il-Korea t’ Isfel tneħħiet mil-lista ta’ pajjiżi li għandhom kontrolli minimi f’termini ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Din id-deċiżjoni, li ġiet deskritta bħala ‘dikjarazzjoni ta’ gwerra’ ekonomika mistennija tkompli teskala t-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
L-oriġini tad-diżgwid bejn iż-żewġ pajjiżi kienet marbuta mal-ħlas ta’ kumpens għal dawk li kienu jaħdmu b’mod sfurzat fi żmien il-gwerra.
Iktar kmieni ix-xahar li għadda, il-Ġappun ried jikkontrolla l-esportazzjoni lejn il-Korea t’ Isfel fuq materjal li jintuża fil-panels li jintużaw fit-teknoloġija.
Id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-28 t’ Awwissu.
Il-Ministru tal-Industrija Ġappuniż saħaq li din id-deċiżjoni m’hijiex kontromiżura imma qed issir bien tipproteċi l-Ġappun u s-sigurta’ Nazzjonali tagħha.