Esebizzjoni ta’ akkwarelli ħelwin li jfakkru tfulija!

Matul ix-xahar ta' Ottubru qiegħda tittella' esebizzjoni ta' akkwarelli ħelwin li jfakkru t-tfulija tal-artist li pinġihom, Paul Caruana.
L-esebizzjoni se tibqa' għaddejja sal-31 ta' Ottubru f'Palazz De Piro fl-Imdina, bejn id-9.30am u l-5.30pm matul il-ġimgħa, u bejn id-9.30am u t-8.00pm nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd.
Caruana qal li 'Kollox jiddependi min kif dak li jkun iħares lejn ħajtu'.
Fil-wirja, imsejħa 'Ħrejjef ta' Veru', Caruana ħoloq sensiela ta' episodji mill-ħajja ta' kuljum li kull ma jmur qegħdin dejjem josfru minn ħajjitna.