Eros jikkritika lill-Gvern Taljan dwar il-Coronavirus

Il-kantant Taljan Eros Ramazzotti kkritika l-mod li bih il-Gvern Taljan qed jittratta l-kwistjoni tal-coronavirus.

Ramazzotti, li jinsab l-Istati Uniti, qal li l-mod li qed iġib ruħu l-Gvern ta’ pajjiżu, qed iwassal għal sitwazzjoni li qed tkun ridikolata minn pajjiżi oħra. Huwa qal li l-impressjoni li qed jagħti l-Gvern Taljan hija ta’ pajjiż li hu maqsum, mifrud u li ma jitkellimx ma’ xulxin u bla idea ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet.

Permezz ta’ Instagram, huwa spjega li l-ikbar weġgħa hija li l-pajjiż qed jagħti l-impressjoni li ma jafx kif jitmexxew l-affarijiet u mhux jagħti l-informazzjoni neċessarja lin-nies.