Erminia x’se tmur tagħmel fil-maħżen tal-ħwejjeġ?

Ritratt: Ivan Borg

Illejla fuq TVM tkompli s-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba fejn se naraw żewġ puntati wara xulxin mid-8.45pm ‘il quddiem.

Fl-ewwel episodju għal-lejla, li jiġi s-seba’ wieħed mill-ewwel staġun, naraw lil Salvatore jkellem lil Riccardo dwar is-sejba ta’ Giorgio. X’se tkun ir-reazzjoni tiegħu? X’inhu jiġri bejn Berto u Valeria? Erminia għalfejn marret kmieni fil-maħżen tal-ħwejjeġ?

Berto jkellem lil Emilio dwar dak li kienet għamlitlu Erminja. X’se tkun is-soluzzjoni li se jtih?

Ġużi u Laura jitkellmu dwar l-abbozzi tal-ħwejjeġ. X’se tgħidilha Ġużi dwarhom? Fuq xiex se jitkellmu aktar? Għaliex Riccardo jinsab irrabjat għal Silvio? Għaliex Elena tinħasad b’dak li Riccardo jgħid lil missierha?

Wara l-waqfa għall-aħbarijiet tixxandar it-tieni episodju tal-lejla, li jiġi t-tmien wieħed mill-ewwel staġun.

Għaliex Sergio jħossu offiż? Għaliex Emilio ma jridx li Laura tagħti ħafna kunfidenzi lil Ġużi? Għaliex Ġużeppe dejjem jiddefendi lil Riccardo? Emilio x’qalilha lil Erminia?

Min hi Karla? Għaliex reġgħet lura Malta? X’qalulha Sergio u Elena? Laura marret fil-maħżen tal-ħwejjeġ. X’qaltlu lil Berto u x’qaltilha lil Erminia? Karla x’qaltilha lil Elena li biha dejqitha ħafna? Salvatore x’sorpriża qed jipprepara għal Karla?

F’Ġieħ l-Imħabba għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.