Erminia x’se tgħidlu lil Emilio?

Ritratt: Ivan Borg

Illejla fuq TVM mid-8.45pm ‘il quddiem, se jitwasslu żewġ puntati oħra mis-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba hekk kif fl-ewwel waħda għal-lejla naraw kif se tkompli ml-istorja wara l-attentat li sar fuq ħajjet Emilio.

Emilio x’se jgħid lil  Laura dwar ħuh iż-żgħir Luigi? X’ġaralu Emilio? Min se jċempel lil Ġiuseppe u x’se jgħidlu? Ġużi u Laura jmorru l-isptar. Min se jmur ukoll u x’se tgħidilha Ġużi?

X’se jgħid it-tabib dwar is-sitwazzjoni? Bertu x’se jmur jagħmel għand Fredu? Għaliex inkwetat ħafna? X’se jgħidlu u x’beħsiebhom jagħmlu?

Il-familja Cannavó se tiltaqa’ fid-dar ta’ Ġiuseppe. X’se jkunu qed  jiċċelebraw? Riccardo għaliex jinsab inkwietat u jmur għand Giuseppe? Salvatore x’se jgħidilhom lill-mistednin. X’aħbar se jtihomu u għaliex Karla se titlaq tiġri ‘l barra?

Eżatt wara tixxandar puntata oħra, it-tnax-il waħda mill-ewwel staġun. Carmine u Ġermana x’se jgħidulu lil Salvatore? Iżda hu x’jaħseb dwar dan kollu? Għaliex Karla ma tridux lil Salvatore? X’se tgħidilha lil Elena dwar Sergio u dwar Matteo? Laura x’se tmur tagħmel fl-uffiċċju ta’ Emilio? X’se titolbu lil Berto?

Ġermana u Karla jitkellmu dwar dak li kien inqala’. X’se jgħidu bejneithom? Għaliex Ġermana irrabjata ħafna? Laura tinsisti li Berto kien jaf xi ħaġa li ma jridx jgħidilha. X’ritratt se turih?

Erminia tmur fid-dar ta’ Emilio. Xi trid tgħidlu daqshekk importanti? X’intenzjoni għandu Ġiuseppe?

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.