Erin Tanti se jgħaddi ġuri

Erin Tanti akkużat bil-qtil ta’ Lisa Maria Zahra se jkun qed jgħaddi ġuri. Dan wara li l-Qorti tal-Appell irrifjutat it-talba mid-difiża kontra l-akkużi miġjuba kontrih.
Tanti qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta’ Zahra, li kellha biss 15-il sena u li assisstieha sabiex tagħmel suwiċidju. Dan wara li t-tnejn instabu taħt l-irdum f’Ħad Dingli fid-19 ta’ Marzu tal-2014.
Hu qed jiġi akkużat ukoll li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla taħt l-età, fiż-żmien meta hu kien ukoll l-għalliem tagħha fi skola tad-drama.
F’Ġunju tal-2015, Tanti kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €30,000, wara kważi 15-il xahar arrestat.
Fl-2017, il-Qorti kienet ċaħdet diversi eċċezzjonijiet mitluba minn Tanti meta talab li jsiru diversi emendi fl-akkużi fil-konfront tiegħu dwar il-mewt ta’ Żahra tliet snin ilu għax fi kliemu l-akkużi kienu drammatiċi żżejjed u kien fihom diversi ineżattezzi. Hija kienet waqgħet 13-il sular għal isfel mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli u tilfet ħajjitha fuq il-post.
Fl-eċċezzjonijiet tiegħu Zahra saħaq li hemm ineżattezzi fosthom li t-tfajla kienet xorbot. Huwa saħaq li l-Avukat Ġenerali ma setax jakkużah b’omiċidju u b’assistenza ta’ suwiċidju bħala akkużi alternattivi għal xulxin.