Mewt Lisa Maria Zahra: 20 sena ħabs għal Erin Tanti

Monique Agius

Erin Tanti ta’ 28 sena ngħata sentenza ta’ 20 sena u sitt xhur ħabs wara li dalgħodu wieġeb ħati għall-qtil ta’ Lisa Maria Zahra.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tat is-sentenza f’awla mimlija daqs bajda. Ħdejn Tanti kien hemm il-ġenituri tiegħu. Tanti kellu jibda jgħaddi ġuri llum, iżda hekk kif kien se jibda u qabel ma ntgħażlu l-ġurati, l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

F’April tal-2018, il-Qorti tal-Appell irrifjutat it-talba mid-difiża kontra l-akkużi miġjuba kontrih.

Aqra: Erin Tanti se jgħaddi ġuri

Tanti kien qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta’ Zahra, li kellha biss 15-il sena u li assistieha tmut b’suwiċidju. Dan wara li t-tnejn instabu taħt l-irdum f’Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu tal-2014. Hija kienet waqgħet 13-il sular u tilfet ħajjitha fuq il-post.

Aqra: Mewt Lisa Maria Zahra: X’nafu s’issa?

Kien akkużat ukoll li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla taħt l-età, fiż-żmien meta hu kien l-għalliem tagħha fi skola tad-drama.

Tanti s’issa kien fuq libertà proviżorja, wara kważi 15-il xahar arrestat. Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €30,000.

Aqra: Erin Tanti jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra x’qalu x-xhieda

Aqra: Minorenni tixhed fil-magħluq fil-każ ta’ Erin Tanti

Aqra: “Darba sibt lil Lisa Maria bid-demm ħiereġ minn idha”

Wara l-mewt ta’ Lisa Maria, il-familja Zahra waqqfet il-Fondazzjoni Lisa Maria Zahra, bil-għan li tgħin fil-protezzjoni tat-tfal f’Malta.