“Drammatiċi żżejjed” – Erin Tanti dwar uħud mill-akkużi

Il-Qorti ċaħdet diversi eċċezzjonijiet mitluba minn Erin Tanti, ta’ 26 sena, li fost l-oħrajn qed ikun akkużat b’omiċidju ta’ Lisa Marie Zahra meta kellha 15-il sena.
Tanti talab li jsiru diversi emendi fl-akkużi fil-konfront tiegħu dwar il-mewt ta’ Żahra tliet snin ilu għax fi kliemu l-akkużi kienu drammatiċi żżejjed u kien fihom diversi ineżattezzi. Hija kienet waqgħet 13-il sular għal isfel mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli u tilfet ħajjitha fuq il-post.
Huwa qed ikun akkużat bl-omiċidju tat-tfajla u li għenha tagħmel suwiċidju, li kellu relazzjoni sesswali magħha meta kienet minorenni u kien għalliem tagħha.
Fl-eċċezzjonijiet tiegħu Zahra saħaq li hemm ineżattezzi fosthom li t-tfajla kienet xorbot. Huwa saħaq li l-Avukat Ġenerali ma setax jakkużah b’omiċidju u b’assistenza ta’ suwiċidju bħala akkużi alternattivi għal xulxin.
Huwa talab biex titħassar l-akkuża li kellu ritratti indiċenti ta’ Zahra wara li kienu nstabu fil-mowbajl tiegħu. Huwa talab ukoll li ma jintwerrewx ir-ritratti tal-vittma fil-Qorti.
Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Tanti li titneħħa r-referenza li Zahra kienet ikkunsmat l-alkoħol wara li mit-testijiet tossikoloġiċi ħareġ li dan ma kienx minnu.
L-Imħallef Antonio Mizzi ċaħad l-eċċezzjonijiet l-oħra u qal li ż-żewġ akkużi ta’ omiċidju u assistenza ma kinux alternattivi għal xulxin. Huwa ma aċċettax lanqas li jitneħħew ir-ritratti ta’ Zahra għax huma provi inammissibbli.