Eriksen se jġedded ma’ Tottenham

Il-klabb mill-Premier League Ingliż Tottenham Hotspurs huwa lest illi jħabbar it-tiġdid tal-kuntratt tal-plejer tagħhom Christian Eriksen.
Skont il-midja Ingliża huwa mminenti illi l-plejer Daniż jiffirma kuntratt ġdid u dan jista’ jiġi kkonfermat minn kliemu.
Fil-fatt Eriksen qal illi jinsab ferm għal qalbu mal-klabb għax huwa trattat ferm tajjeb u jiddeskrivi l-plejers kollha fl-iskwadra bħala familja.
Eriksen ilu sa mis-sena 2013 mat-tim minn Londra u skorja 37 gowl minn 157 partita.