Eriksen lesta t-test mediku ma’ Inter Milan

Christian Eriksen ħareġ isellem lill-partitarji ta’ Inter Milan wara li lesta t-test mediku. L-istilla ta’ Tottenham li għandu 27 sena wasal l-Italja kmieni filgħodu biex jiffinalizza l-ftehim li ntlaħaq bejn iż-żewġ klabbijiet.

Hu rrappurtat li Eriksen li għandu 27 sena daħal fi ftehim li se jwasslu biex jaqla’ mat-€320,000 fil-ġimgħa mat-tim Taljan. Eriksen se jkun l-aktar stilla tal-Premier League riċenti li se jkun qed jimxi għal San Siro wara li Ashley Young ingħaqad mal-istess tim minn ma’ Manchester United.  

Victor Moses ftit tal-jiem ilu wkoll ingħaqad ma’ Inter Milan fuq loan sal-aħħar tal-istaġun.

Erikson stinka biex jitlaq mit-Tramuntana ta’ Londra wara li rrifjuta li jestendi l-kuntratt tiegħu mat-tim ta’ Jose Mourinho.