Hekk kif jibdew l-iskedi tal-istazzjonijiet lokali nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, ħafna huma l-programmi ġodda li se jibdew iżda l-istazzjon Net se jkompli bit-throwback drama mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-ħin tas-2.30pm.
Dawk li se jixxandru mill-ġimgħa d-dieħla huma l-puntati tas-sensiela K.C. li bdew jintwerew 11 snin ilu, fl-2008.
Eżatt warajh fit-3.30pm fuq l-istess stazzjon tkun f’xandira diretta bil-programm Family Affair li se tmexxi flimkien ma’ Christine Haber kif ukoll se naraw il-karattru popolari ta’ Morris.
Ritratt: The FotoGrafer
Eileen Montesin, Nanette Brimmer, Abigail Williams huma l-protagonisti flimkien ma’ Hector Bruno, Ray Calleja, George Micallef, Natalie Micallef, Josephine Zammit Cordina, Chiara, Tony Busuttil, Patrick Vella, Christine Haber, Fredrick Testa, Peter Dacutros, Jackie Vassallo Bianchi u Clint Spiteri, fost oħrajn.
Ritratt: The FotoGrafer
Johnnie Caurana jsir jaf li saħħtu sejra lura,u jixtieq jipprova jirranġa l-iżbalji li jkun għamel tul ħajtu biex almenu issa li kiber isib ftit paçi f’qalbu: Iżda huma ta’ madwaru li jħollu u jorbtu! Huma jridu jaħfrulu u jinsew minn xiex għaddew fil-passat minħabba l-attitudni tiegħu!
U x’inhi eżatt KC? Dawn huma l-inizjali ta’ tliet nisa single: Karen Caruana, Kate Caruana u Kristina Celestina Caruana. It-tlieta b’karattru differenti. It-tlieta ma jaqblux.
U kif se jiżvolġi kollox madwar ħajjet Johnnie?
Għażla tajba mill-istazzjon Net biex jieħu lit-telespettaturi bosta snin ilu biex jerġa’ jsegwi din is-sensiela li kienet daqstant popolari meta kienet oriġinarjament tixxandar il-Ħadd filgħaxija.