Erġa’ ltaqa’ ma’ sħabek tal-klassi, reunion tat-Teoloġija

Facebook/Chaplaincy Uni

Read in English.

Hekk kif waslet fit-tmiemha din is-sena skolastika, id-dekan u l-istaff tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qed jistiednu lill-eks-studenti kollha tal-Fakultà għal reunion.

Din se ssir nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju, b’Quddiesa fis-7pm fil-Kappella taċ-Chaplaincy tal-Università, wara se jkun hemm l-ikel. Biex wieħed jattendi għal din l-attività, wieħed għandu jirreġistra hawnhekk.

Il-Fakulta qalet li dakinhar se jkunu qed jirringrazzjaw ukoll lil Dun René Camilleri fi tmiem il-ħidma twila tiegħu ta’ tagħlim fil-Fakultà.