Erġa’ aħsibha jekk kont beħsiebek taħsel it-twieqi jew il-karozza

Il-bassara tax-xita kellhom raġun. Dalgħodu qomna bix-xita u fil-jiem li ġejjin mistenni li jerġa’ jkollna temp simili li miegħu se jġib ħafna ramel.
Skont il-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com, sistema ta’ pressjoni baxxa fuq it-Tramuntana tal-Afrika qed twassal fuq Malta arja pjuttost sħuna mid-Deżert Saħara. Din qed taħbat ma’ sistema ta’ arja kiesħa li orġinat fuq l-Ewropa u niżlet lejn il-Mediterran.
Propju għalhekk li matul il-ġurnata nistennew ix-xita u possibbilment anke ragħad.
Ix-xita mistennija tnaqqas sew sa waranofsinhar.
Iktar tard din il-ġimgħa nistennew iktar xita. Minkejja li għada mistenni li tkun ġurnata sabiħa xemxija, filgħaxija t-temp se jitħassar u mistennija aktar xita il-Ħamis fit-tard u l-Ġimgħa matul il-ġurnata kollha.
It-temperatura se tinżel ukoll bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa. Filwaqt li għada l-ogħla temperatura mistennija tkun ta’ 16-il grad, il-Ġimgħa din se tinżel sa 13-il grad u filgħaxija tinżel sa 8 gradi.
Dan jirriżulta wkoll mill-Uffiċċju Meteoloġku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kif jidher hawn taħt: