Erdogan u Trump jaqblu li jaħdmu għal stabbilità fil-Libja

REUTERS/Joshua Roberts/File Photo

Read in English.

Il-President Tork Tayyip Erdogan u dak Amerikan Donald Trump qablu f’telefonata li jaħdmu aktar mill-qrib biex jiżguraw stabbilità dejjiema fil-Libja. Dan ikkonfermatu l-Presidenza Torka lbieraħ.

It-Turikija tappoġġja lill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fil-Libja, li huwa rikonoxxut mill-komunità internazzjonali, u li qed jiġġieled kontra l-Armata Nazzjonali Libjana, ibbażata fil-Lvant tal-pajjiż, u li għandha l-appoġġ tal-Eġittu, ir-Russja u l-Emirati Għarab Magħquda. 

Ankara kienet qalet preċedentement li l-Istati Uniti għandu jkollha rwol aktar attiv fil-Libja.

Trump u Erdogan tkellmu wkoll dwar ir-rabtiet bilaterali bejn iż-żewġ naħat u poġġew mira li jżidu l-kummerċ bejniethom għal mitt biljun dollaru.