Erdogan jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali fit-Turkija

L-eks Prim Ministru Tork Erdogan rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fit-Turkija.
Meta kien qed jindirizza l-partitarji mill-kwartieri ġenerali tal-Partit AK f’Ankara, Erdogan qal li din hija rebħa għat-Turkija kollha u mhux biss għal dawk li vvutawlu.
Erdogan akkwista t-52% tal-voti. Huwa jrid li l-President jingħata iktar poteri fejn qabel din il-kariga kienet biss ċerimonjali.
L-Oppożizzjoni qed twissi li l-Gvern se jsir ferm iżjed awtoritarju.
Erdogan kien ilu Prim Ministru mill-2003 u mistenni li jingħata l-kariga Presidenzjali fit-28 ta’ Awwissu li ġej.