Erdogan jaħlef li jżid l-għajnuna Torka lill-alleati fil-Libja

Read in English.

Il-President Tayyip Erdogan ħalef li jżid l-għajnuna tat-Turkija lill-alleat tagħha l-Libja biex jiżgura r-rebħiet militari li diġa saru, u wiegħed li l-esplorazzjoni konġunta għaż-żejt fil-baħar wara laqgħat ġewwa Ankara qabel il-potenzjal li jkun hemm sforz għal waqfien mill-ġlied.

Fayez al Serraj, il-kap tal-gvern Libjan rikonoxxut internazzjonalment (GNA), iltaqa’ ma’ Erdogan siegħat wara l-ġellieda tiegħu – megħjuna mit-Turkija – qalu li kienu għadhom kemm kisbu l-kontroll tal-kapitali Tripli.

It-Turkija ddeċidiet li tgħin lill-gvern Libjan f’Novembru li għadda wara li ffirmat patt ta’ koperazzjoni militari flimkien ma’ ftehim ta’ demarkazzjoni marittima li jagħti lit-Turkija d-dritt ta’ esplorazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran li l-Greċja u pajjiżi oħra ma jkunux iridu.

L-intervent tat-Turkija fil-kunflitt mbotta lura l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata fil-Lvant ta’ Khalifa Haftar (LNA) – appoġġjata mill-Emirati Għarab Magħquda, ir-Russja u l-Eġittu – li kienet ilha tattakka l-GNA fi Tripli minn April ta’ l-2019. 

L-aħħar avvanz tal-GNA jista’ jħaffef il-pass lejn waqfa potenzjali, u jisħaq l-influwenza dejjem tikber tat-Turkija fir-reġjun li fih ħafna riżorsi, u fejn Erdogan għandu ftit alleati qrib tiegħu. 

L-appoġġ tat-Turkija għall-GNA “ser ikompli dejjem aktar,” qal Erdogan flimkien ma’ Serraj, u żied li Hafter u l-finanzjaturi tiegħu “se jiġu ġġudikati mill-istorja.” Huwa qal li l-unika soluzzjoni hija dik li tintlaħaq biss bl-awspiċji tal-Ġnus Magħquda.

“L-għan tagħna huwa li nkabbru l-kooperazzjoni tagħna inkluż operazzjonijiet ta’ esplorazzjoni u tħaffir biex nieħdu vantaġġ mir-riżorsi naturali fil-Lvant tal-Mediterran,” inkluż it-territorju Libjan, żied jgħid Erdogan. 

Nhar it-Tnejn, il-Ġnus Magħquda qalet li ż-żewġ naħat qablu li jerġgħu jibdew it-taħdidiet ta’ waqfien mill-ġlied u wissew li l-armi u l-ġellieda li qed jintbagħtu fil-Libja qed jheddu li jkun hemm eskalazzjoni ġdida.

Diversi sforzi ta’ paċi fil-Libja sfumaw fix-xejn jew intemmu ħesrem minn meta beda l-ġlied fl-2014.

Iż-żjara ta’ Serraj fit-Turkija saret wara ġimgħat ta’ kisbiet importanti għall-GNA li żied il-kunflitt u biegħdu lil Haftar minn fejn kien għad kellu kontroll fil-majjistral. 

Uffiċjal anzjan Tork qal li l-avvanzi kienu importanti qabel kwalunkwe taħdidiet ta’ waqfien mill-ġlied. 

“Iżjed ma jirnexxilek iżżomm territorju, iżjed ikollok pożizzjoni b’saħħitha meta tkun qed tinnegozja madwar il-mejda,” qal l-uffiċjal.

Erdogan qal li Haftar ma kellu “l-ebda kapaċità rappreżentattiva” biex jinnegozja dak li għandha tkun soluzzjoni “leġittima u ġusta”. 

L-isforzi ta’ diplomazija kienu intensi hekk kif id-deputat Serraj kien f’Moska u Haftar kien fl-Eġittu din il-ġimgħa. It-tieni uffiċjal Tork qal li Ankara stenniet li l-finanzjaturi ta’ Haftar jikkontribwixxu għal taħdidiet politiċi. 

Preżenza aktar b’saħħitha fil-Libja għandha tagħti lit-Turkija pożizzjoni iħjed strateġika fil-konfront ta’ l-Eġittu, li miegħu għad hemm ftit tensjoni. 

L-istess preżenza għandha sservi wkoll biex tagħti lit-Turkija pożizzjoni iħjed b’saħħitha fil-Mediterran, fejn it-Turkija diġa kellha ftit kunflitt ma’ xi pajjiżi oħra ġirien. Il-Greċja u Ċipru sejjħu l-ftehim marittimu tas-sena l-oħra ma’ Serraj bħala wieħed illegali, liema akkuża kienet miċħuda minn Ankara. 

Il-pjanijiet tat-Turkija għal dak li Erdogan sejjaħ bħala “kooperazzjoni ġdida dwar ftehim marittimu” mal-GNA jista’ jkompli jkabbar dan il-kunflitt. 

Il-mexxej Tork qal ukoll li l-forzi ta’ Haftar mhux se jibqgħu jitħallew ibiegħu illegalment iż-żejt tal-Libja. 

Ateni qalet li l-ftehim marittimu ta’ Ankara jikser il-liġi għaliex jidħol fl-ibħra territorjali ta’ Kreta.

It-Turkija – li kienet ukoll kritikata mill-Iżrael u mill-Unjoni Ewropea – qalet li l-ftehim jimxi mal-liġi internazzjonali u tirrifjuta l-kunċett li gżejjer jista’ jkollhom tali xkafef kontinentali. 

It-Turkija qalet li tista’ tibda l-esplorazzjoni u t-tħaffir fil-Lvant tal-Mediterran taħt il-ftehim tal-GNA fi żmien tliet jew erba’ xhur.