Erbgħa persuni jittieħdu l-Isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Erbgħa persuni kellhom jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ aktar kmieni wara nofsinhar fit-telgħa ta’ Kordin.

B’kollox kien hemm tliet karozzi involuti fl-inċident. Kawża ta’ dan, it-triq kellha tingħalaq għal ftit ħin biex jitneħħew il-karozzi. Fil-post issejjħu ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu d-diesel mit-triq.