Erba’ Maltin fost il-grupp ta’ persuni li nġiebu mil-Libja

Erba' Maltin kienu fost il-grupp ta’ 99 persuna li nġieb mil-Libja aktar kmieni llum. 
Dan il-grupp, wasal Malta għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu permezz tal-bastiment Korean, Munmu The Great, wara ftit inqas minn 20 siegħa vjaġġ bil-baħar.  
Il-parti l-kbira tal-persuni li waslu ma' dan il-grupp, kienu mir-Renju Unit b’total ta’ 45 persuna.  Oħrajn mill-Italja, mill-Ġermanja, mill-Irlanda, mill-Pakistan, mill-Iżvizzera, mil-Libja u mill-Korea.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ma jidhirx li se jkun hemm aktar wasliet ta’ nies mill-Libja għas-sigħat li ġejjin.