Erbgħa l-isptar wara ħabta fil-Marsa

Erba’ persuni barranin kellhom jiddaħħlu Mater Dei għall-kura wara ħabta fil-Marsa.  Is-sewwieq u passiġġier sofrew minn ġrieħi gravi iżda fl-ebda periklu.

L-inċident ġara għall-ħabta tat-8.20 ta’ filgħaxija fix-Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa.  Il-karozza l-oħra li ħabta magħha kienet misjuqa minn raġel ta’ 42 sena min-Naxxar.

Ritratt: Malta Police