Erbgħa jmutu, disgħa l-isptar wara nirien fl-Ukrajna

Ukrainian Interior Ministry Press Service/Handout via REUTERS

Read in English.

Erba’ persuni tilfu ħajjithom u disgħa oħra ddaħħlu l-isptar wara li nirien tal-foresti baqgħu għaddejjin minn diversi villaġġi fir-reġjun ta’ Luhansk fil-lvant tal-Ukrajna nhar it-Tlieta, skont rapporti tas-servizzi tal-emerġenza tal-pajjiż.

In-nar qered 80 dar tal-vaganzi u 30 dar oħra f’żewġ villaġġi, irrappurtaw is-servizzi ta’ salvataġġ.

Matul din ir-rebbiegħa, kien hemm diversi nirien tal-foresti madwar l-impjant nukleari ta’ Chernobyl li issa m’għadux jintuża fit-tramuntana tal-pajjiż kif ukoll f’diversi nħawi oħra madwar il-pajjiż, u dan qed iwassal biex il-livelli ta’ tniġġis fil-belt kapitali tal-Ukraina Kyiv huma fost l-agħar fid-dinja.