Il-Kungress Amerikan japprova r-rebħa ta’ Biden

Aġġornat 07:54 AM
Joe Biden
Credit - Michael Stokes

Read in English.

Fl-aħħar ħin, il-Kungress Amerikan ivvota biet japprova l-elezzjoni ta Joe Biden bħala President Amerikan. Il-Kungress reġgħa tlaqqa’ llum wara dik li ħafna qed iqisu bħala ġurnata sewda fl-istorja demokratika tal-Istati Uniti.

Erbgħa persuni mietu u 52 persuna ġew arrestati f’Capitol Hill, is-sit tal-Kungress ta’ l-Istati Uniti wara li partitarji tal-President Donald Trump daħlu fil-bini fi sforz bla preċedent biex iwaqqfu lill-Kungress milli jiċċertifika ir-rebħa ta’ Joe Biden. 

Hekk kif ninsabu 14-il jum qabel it-tmiem tal-presidenza ta’ Trump, dan l-episodju iswed fl-istorja demokratika tal-Istati Uniti wassal għal sejħiet ġodda biex jibdew proċeduri għat-tneħħija ta’ Trump (impeachment) mill-kariga ta’ President. 

Fid-dawl ta’ dak li seħħ ilbieraħ, kienu diversi uffiċċjali għolja tal-White House li rriżenjaw u ħafna iktar – inkluż il-konsulent tas-sigurtà nazzjonali tal-President – kienu qed jikkunsidraw li jirriżenjaw bi protesta.

Sadanittant il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, is- Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg, il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli u l-ogħla uffiċjal tal-kap tal-politika barranija tal-UE, Josep Borrellesprimew id-diżppunt u t-tħassib tagħhom għal dak li ġara fl-Amerika matul il-lejl. 

Huma diversi dawk li qed jpoġġu il-ħtija u r-responsabilita ta’ dak li ġara fil-bini tal-Kungress Amerikan fuq Trump. Dawn jinkludu l-edituri ta’ għadd ta’ gurnali kif ukoll numru ta’ esponenti ewlenin fid-dinja ażjendali u dik politika.