Ritratti: 14 mejta wara li ajruplan iġġarraf fil-Każakstan

Aġġornat 08:09 AM
Emergency and security personnel are seen at the site of a plane crash near Almaty, Kazakhstan, December 27, 2019. REUTERS/Pavel Mikheyev

Erbatax-il persuna mietu meta ajruplan tal-linja tal-ajru mill-Każakstan Bek Air iġġarraf ftit wara li nqata’ mill-art tal-ajruport internazzjonali ta’ Almaty. 

L-ajruplan laqat ħajt tal-konkos u binja ta’ żewġ sulari hekk kif beda jitlef l-altitudni wara li terlaq mill-ajruport. 

It-traġedja seħħet għall-ħabta tas-7.22am (ħin lokali). 

Abbord kien hemm 93 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ.

Il-gvern qal li l-ajruplan li ġġarraf kien ġie prodott fl-1996. Bl-aktar ċertifikat riċenti li japprova li l-ajruplan jista’ jtir inħareġ f’Mejju tal-2019. Il-ministeru tal-intern tal-Każakstan stqarr li qed jinvestiga l-każ.