Ħabs u probation għal erbat irġiel arrestati fuq serq ta’ cables

Il-Pulizija arrestat erbat irġiel akkużati b’serq ta’ cables u oġġetti oħra.

Mario Zammit ta’ 26 sena, Brian Fenech ta’ 38 sena, Ronald Azzopardi ta’ 25 sena u Gary Mifsud ta’ 28, kollha residenti Haż-Żabbar, ġew akkużati wkoll li laqgħu oġġetti misruqa u kkaġunaw ħsara lil ħwejjeġ ta’ ħaddieħor.

Mario Zammit ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih u ngħata 4 snin ħabs filwaqt li Brian Fenech ammetta ukoll għall-akkużi u ngħata probation għal tliet snin.

Gary Mifsud u Ronald Azzopardi m’ ammettewx għall-akkużi miġjuba kontrihom. Huma ma ingħatawx il-ħelsien mill-arrest u ntbgħatu gewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-erbat irġiel ġew akkużati ukoll talli kienu reċedivi.