Erba’ timijiet Ewropej jaslu sas-semi finali

L-Ingilterra, il-Belġju, Franza u l-Kroazja kkwalifikaw għas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja. L-Ingilterra għelbu lill-Iżvezja sabiex għaddew għall-ewwel semi finali tagħhom fit-Tazza tad-Dinja wara 28 sena u se jaffrontaw lill-Kroazja. Dawn tal-aħħar ikkwalifikaw wara l-ogħti tal-penalties hekk kif il-logħba ntemmet 2-2. Ir-Russja baqgħet tirsisti sat-tmiem iżda ma rnexxilix tegħleb l-aħħar ostaklu.

Ivan Rakitic skurja l-penalty deċisiv hekk kif l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja ġew eliminati mit-turnew. L-aħħar li l-Kroazja waslu sas-semi finali kien fl-1998.

Il-Belġju eliminaw lit-tim mimli stillel tal-Brażil u issa se jilagħbu kontra l-iskwadra ta’ Didier Deschamps. Iż-żewġ timijiet għandhom plejers ta’ kwalità fi bnadi differenti tal-grawnd li kapaċi jagħmlu d-differenza f’logħbiet importanti.

Miġjub lilek minn Hublot